EMCDDA, il-punt ta’ referenza tiegħek dwar id-droga fl-Ewropa

Ftit aktar minn għaxar snin ilu, il-kapaċità ta’ l-Ewropa li timmonitorja l-problema tagħha tad-droga kienet estremament limitata. Il-metodi użati f’livell nazzjonali biex jiġi indirizzat dan is-suġġett kienu jvarjaw ħafna bejniethom u kien hemm nuqqas ta’ informazzjoni li tista’ titqabbel u li ta’ min joqgħod fuqha f’livell Ewropew dwar id-drogi, il-vizzju tad-droga u l-konsegwenzi tagħhom. Fi kliem ieħor, kien impossibbli li titkellem b’ċerta ċertezza fuq xejriet u tendenzi fl-użu tad-droga madwar l-Unjoni Ewropea. Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi (EMCDDA) twaqqaf fl-1993 biex jibdel dan.

L-EMCDDA jeżisti biex jipprovdi lill-UE u lill-Istati Membri tagħha b’ħarsa fattwali tal-problemi Ewropej relatati mad-droga u bħala qafas komuni ta’ informazzjoni li jsostni d-dibattitu fuq id-droga. L-EMCDDA huwa magħmul minn tîm b’saħħtu ta’ 90 speċjalista li jirrappreżentaw xi 20 nazzjonalità. Illum joffri lil dawk li jfasslu l-politika l-bażi ta’ evidenza xjentifika li jeħtieġu biex ifasslu liġijiet u strateġiji relatati mad-droga, u jgħin lill-professjonisti u lir-riċerkaturi jindikaw l-aqwa prattiki u oqsma ġodda għall-analiżi.

It-titjib fil-tqabbil ta’ l-informazzjoni fuq id-droga fl-UE huwa essenzjali għax-xogħol ta’ l-aġenzija. Biex jirnexxielu jasal għal dan, l-EMCDDA jikkoordina u jibbaża fuq netwerk ta’ xi 30 ċentru nazzjonali ta’ monitoraġġ (netwerk Reitox) biex jiġbor u janalizzadata tal-pajjiżi skond standards u strumenti ta’ ġbir ta’ data komuni. Ir-riżultatita’ dan il-proċess nazzjonali ta’ monitoraġġ jingħataw liċ-ċentru għall-analiżi u fl-aħħarnett jinħarġu fir-Rapport annwali dwar l-istat tal-problema tad-droga fl-Ewropa — wieħed mill-ħafna riżultati tal-ħidma tiegħu.

Filwaqt li l-EMCDDA jimmonitorja s-sitwazzjoni tad-droga illum, huwa dejjem viġilanti għal drogi ġodda u għal tendenzi ġodda li jistgħu jheddu liċ-ċittadini Ewropej għada. Meta l-produzzjoni tal-kokaina u ta’ l-eroina hija f’livell li qatt ma kien daqstant għoli, u meta xi 7 000 Ewropew imutu kull sena minn doża eċċessivata’ droga, il-monitoraġġ kostanti huwa kruċjali

Ipprintja

Page last updated: Tuesday, 08 January 2008